“The rich are getting richer… the poor are getting poorer” … Is-sinjuri qed isiru aktar sinjuri … il-fqar isiru aktar fqar.
Dikjarazzjoni sempliċi, dikjarazzjoni ċara, mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, realtà kerha li sfortunatament qed ngħixu f’Malta… minkejja li Joseph Muscat irid jagħmilna ‘Sinjuri Żgħar’, ‘Se Nikbru Flimkien’ fl-‘Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna’.
Studju ppubblikat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta nhar il-Ġimgħa kkonferma dak li bosta diġà ssuspettaw: li s-sinjrui qed isiru aktar sinjuri, filwaqt li l-foqra u l-anzjani qed jitħallew lura minkejja li l-gvern jiftaħar ħafna drabi minn suċċess ekonomiku u bil-famuż buzz word tas-surplus… sitwazzjoni ċara li l-ġid li qed jinħoloq qed jitqassam ma’ dawk tal-qalba viċin Kastilja.
L-istudju, li jkejjel il-ġid u l-inugwaljanza fid-dħul f’Malta, sab inugwaljanza dejjem tikber bejn is-sinjuri u l-foqra mill-2010. U filwaqt li r-riżultati jikkonfermaw dan, aktar inkwetanti huwa l-fatt li l-istudju jkopri biss sal-2016, jiġifieri hemm tliet snin oħra ta’ inugwaljanza potenzjali li għadna rridu nisimgħu biha.
Matul dawn l-aħħar sentejn, il-persuni mingħajr saqaf fuq rashom f’Malta u f’riskju ta’ faqar komplew jikbru, filwaqt li l-għoli tal-ħajja u l-pagi baxxi bl-inqas żieda fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea qed iħallu l-popolazzjoni tal-pajjiż f’sitwazzjoni agħar, fost l-agħar fl-Unjoni Ewropea.
L-istudju tal-Bank Ċentrali sab “inugwaljanza li qed tiżdied” fost dawk li jinsabu fil-biċċa t’isfel tal-middle class f’dak li għandu x’jaqsam it-tqassim tal-ġid ta’ Malta… u ħafna qed jistaqsu jekk huwx din il-middle-class il-ġdida li qal li ried joħloq Joseph Muscat f’għajta biex jieħu s-siġġu tal-poter f’Kastilja.
Wieħed isaqsi wkoll jekk dan huwx il-prezz li qed iħallas il-poplu Malti kawża tal-koruzzjoni… il-ħlas tal-għemil ħażin ta’ dan il-Gvern… Gvern li tant jiftaħar bl-ugwaljanza, qed jiġi mgiddeb mill-Bank Ċentrali ta’ Malta… li qed jgħidlu li ma jafx x’hinu jgħid u li Joseph Muscat qed jiganna bin-nies.
//= $special ?>