Għall-ħabta tas-18.00 tas-Sibt, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Notabile, f’Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru irriżulta li raġel Pollakk ta’ 36 sena residenti l-Gżira, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u ħabat ġo barrier.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin