Fl-attività politika f’Tas Sliema, tkellmu wkoll il-Viċi Kap Robert Arrigo u d-Deputati Karol Aquilina u Karl Gouder.
Robert Arrigo qal li huwa ta’ unur għalih li bħal dan iż-żmien sentejn kien ġie elett Viċi Kap tal-PN filwaqt li fakkar dak li rajna fl-aħħar jiem juri li mhux kull partit politiku f’Malta l-istess għaliex il-PN qiegħed verament in-naħa tas-sewwa u tenna l-importanza li nkun magħqudin flimkien issa aktar minn qatt qabel.
Karol Aquillina semma kif din il-ġimgħa ma kinetx ġimgħa normali għal pajjiżna, mhux kollox baqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn. Din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Keith Schembri għamilha ta’ beżżigħ quddiem il-Qorti, quddiem Maġistrat. Fakkar kif din il-ġimgħa għamilna rebħa żgħira favur is-sewwa iżda waħda sinifikanti… Fakkar illi fil-qrati ta’ pajjiżna għandna tliet inkjesti maġisterjali li jinvolvu lil Keith Schembri.
Liema persuna onesta ma tkunx qed tistenna bil-ħerqa biex tgħid il-verita… Il-PM irrid ifakkru li hu accountable mhux lejn il-qrati biss iżda lejn il-poplu Malti kollu.
Karol Aquilina għamel aċċen ukoll għas-seminar li kellu l-grupp Parlamentari tal-PN.
Karl Gouder irringrazzja u wera apprezzament lejn ix-xogħol kontinwu tal-attivisti u l-kunsilliera tal-PN filwaqt li semma l-għaqda li hemm bejn id-deputati tal-partit fi ħdan id-distrett.
Hu qal li l-PN rrid li pajjiżna jimxi ‘l quddiem u jiżviluppa imma b’mod sostenibbli u li l-Maltin u l-Għawdxin ikolljhom kwalità ta’ ħajja aħjar għaliex il-PN minn dejjem emmen lis-sewwa jirbaħ żgur u mgħandux dubju li s-sewwa jirbaħ żgur.
Il-PN konvint li jekk naħdmu flimkien pajjiżna jkun ħafna aħjar.
//= $special ?>