Ir-rebbieħ tal-Moto 2 għal din is-sena Alex Marquez se jkun qed isuq fil-Moto GP l-istaġun li ġej hekk kif tħabbar bħala sewwieq ta’ Honda għas-sena d-dieħla. Iż-żagħżugħ Spanjol hu rebbieħ darbtejn tat-tieni kategorija u ffirma kuntratt ta’ sena.
Din l-ewwel esperjenza tiegħu fil-Moto GP tfisser ukoll li se jkun qiegħed fl-istess tim ma’ ħuh it-tmien darbiet champion tad-dinja Marc Marquez. L-Ispanjol li għandu 23 sena, se jieħu post Jorge Lorenzo wara li t-tliet darbiet rebbieħ tal-Moto GP irtira wara li ntemm l-istaġun il-Ħadd f’Valencia.
//= $special ?>