Lokali Mużika

Avventura spettakolari taħt il-baħar – fit-Teatru Manoel fil-Milied li ġej

F’dan l-istaġun tal-festi, l-istorja klassika ta’ The Little Mermaid se ssib darha fit-Teatru Manoel, f’pantomima ġdida ta’ FM Theatre Productions. Biljetti mraħħsa jinsabu għall-bejgħ bħalissa, għal perjodu limitat biss!

F’The Little Mermaid: A Panto Under The Sea, se niltaqgħu mas-sirena fuq tagħha Ariel, bint ir-Re Triton, li tħobb tikser ir-regoli billi żżur wiċċ il-baħar mal-ħabiba tagħha Doreen, ħuta barra mill-ilma li tinsa ħafna filwaqt li ġġennen lil kulħadd, fosthom lin-nanny ta’ Ariel, id-Dama Bormaljotta. Sadanittant, il-Prinċep Rubinu għaddej ifittex lil missieru r-Re Barbakannella, li għeb żmien twil ilu, u s-saħħara kattiva tal-baħar Ursoola Minnofs qed tippjana kif se taħtaf taħt idejha s-saltna ta’ taħt il-baħar bl-għajnuna taż-żewġ qaddejja fidili tagħha, Morina u Skorfina.

“Tgħid is-saħħara kattiva tal-baħar se jirnexxilha tieħu s-saltna ta’ taħt il-baħar taħt idejha? Tgħid Ariel se taqta’ xewqitha? Id-Dama se jirnexxilha takkwista raġel? Tgħid Triton se jirnexxilu jġiegħel lil bintu tobdih, u Rubinu se jsibu lil missieru? Hemm ħajja fuq il-pjaneta Mars? Hemm ħajja fil-gżejjer Maltin? Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jitwieġbu biss fit-Teatru Manoel meta tiġi tara l-pantomima ta’ FM Theatre ta’ din is-sena!” qal l-attur u l-produttur Edward Mercieca, ta’ FM Theatre.

FM Theatre kisbet reputazzjoni għall-pantomimi spettakolari li ttella’ ta’ kull sena, fosthom Sleeping Beauty tas-sena l-oħra, li l-kritiċi sejħulha ‘divertenti mill-bidu sal-aħħar … ġegħlitni nidħaq tant li għall-isbaħ tliet sigħat keċċejt il-grinch ta’ ġo fija’, u ‘waħda mill-aħjar pantos li żejnet il-palk tal-Manoel f’dan l-aħħar żmien’. Matul il-bqija tas-sena, FM Theatre saret ukoll rinomata għall-fatt li qed ittella’ wħud mill-aktar musicals maħbubin u ta’ fama mad-dinja kollha, fosthom il-produzzjonijiet ċelebri Mamma Mia!, My Fair Lady, u reċentement, il-produzzjoni ta’ We Will Rock You li għaliha nbiegħu l-biljetti kollha.

F’dan l-istaġun tal-festi, il-pantomima The Little Mermaid mistennija żżomm il-momentum tal-kumpanija b’settijiet, kostumi, mużika, żfin, effetti speċjali u maġija tat-teatru li ma jintesewx kif ġieb u laħaq, u dan kollu se jkun qed jingħata l-ħajja minn kast stellari mmexxi minn Edward Mercieca bħala d-dama awwista, Bormaljotta, u Katherine Brown bħala s-saħħara tal-baħar, il-qarnita Ursoola Minnofs.

Ma’ dawn se jingħaqdu ismijiet oħra magħrufa, fosthom Chiara Hyzler bħala Doreen, Nikki Cassar bħala Ariel, Tezara Saliba bħala l-Prinċep Rubinu, Karen Decelis bħala Fairy LE, Antonella Mifsud u Maria Cassar bħala ż-żewġ Salluriet biċċa waħda mas-saħħara, Renato Dimech bħala l-Kaptan Barbuljatu, Joe Depasquale bħala r-Re Triton u Adriel Camilleri bħala l-Bosun Ċikku Flieles, kif ukoll kor ta’ kreaturi tal-baħar, pirati zombies, baħrin, u bosta biċċiet ta’ imbarazz mormi jew jgħum f’wiċċ l-ilma.

Dan il-kast impressjonanti se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Chris Gatt, bid-direzzjoni mużikali f’idejn Kris Spiteri, koreografija ta’ Luisa Fenech Conti u taħriġ tal-vuċi minn Analise Cassar.

Biljetti mraħħsa għal min jaħseb kmieni issa jistgħu jinkisbu għal The Little Mermaid: A Panto Under The Sea, għal perjodu limitat biss sat-30 ta’ Novembru. Għalhekk, jaqbillek taħtaf il-biljetti tiegħek illum billi tixtrihom online fuq www.teatrumanoel.com.mt, jew tibgħat email fuq bookings@teatrumanoel.com.mt, jew inkella jċempel fuq 2124 6389. T