Ambjent Lokali

Azzjoni inaċċettabbli fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa

Is-Sibt li għadda l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa flimkien ma’ tfal mill-iskola Primarja tal-Mellieħa u minn Ambjent Malta, ħawlu iktar minn 90 siġra u arbuxelli fi Pjazza Armier.

L-għada dan huwa dak li ġara fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa.

F’post fuq facebook il-Minority Leader Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa Ivan Castillo appella lill-Ministru Herrera li hemm bżonn ta’ gwardjani li jaħdmu full time kemm l-Aħrax kif ukoll fil-Miżieb. Huwa saħaq li din hija sitwazzjoni inaċċettabbli. Din hija daqqa ta’ ħarta għal dawk kollha li jaħdmu favur l-ambjent. Dan mhux l-eżempju li għandna nagħtu lit-tfal tagħna.