Internazzjonali

Filmat: Il-pulizija f’Hong Kong jieħdu f’idejhom partijiet mill-Università

Lejl ta’ ġlied, hekk qed jiġu deskritta l-aħħar sigħat f’Hong Kong hekk kif il-ġlied kompla jippersisti b’numru ta’ protesti madwar il-Belt iżda li l-qofol tagħhom kienu fl-Università ta’ PolyU u madwarha.

Numru ta’ persuni spiċċaw taw salt fuq numru ta’ pulizija wara li dawn sparaw il-gass tad-dmugħ.

Il-pulizija min-naħa tagħhom qalu li ġew attakati minn grupp ta’ persuni li kellhom maskla ma’ wiċċhom. Huma qalu li ftit tal-mumenti wara, qrib l-Università ta’ PolyU numru ta’ nies tefgħu bombi żgħar u kif ukoll ġebel lejn id-direzzjoni tagħhom. Kien għalhekk li huma tefgħu l-gass tad-dmugħ.

Fl-aħħar jiem madwar 200 dimostrant okkupaw l-Università PolyU u saħansitra taw in-nar id-daħla bi sforz biex iżommu lill-pulizija ‘l barra. Preżentament numru ta’ studenti għadhom jinsabu ġewwa l-binja tal-Università.

Hong Kong ilha għal aktar minn ħames xhur milquta minn inkwiet politiku li s’issa ħallew raġel mejjet u numru ta’ persuni midruba.