F’konferma ta’ kemm il-grupp parlamentari Laburista hu maqsum dwar Keith Schembri, issa anke l-Ministru Chris Cardona kkonferma li l-Kabinett ma ddiskutiex din il-kwistjoni.
Dan fid-dawl tal-iktar kaz riċenti minn sensiela ta’ kwistjonijiet u skandli li kien involut fihom il-ħabib tal-Prim Ministru, meta waqqa’ libell li beda hu stess biex jaħrab milli jwieġeb domandi dwar il-kumpanija sigrieta 17 Black..
Dan b’referenza ghall-battibekk jahraq li allegatament faqqa’ fil-Kamra tal-Grupp Parlamentari Laburista fil-Parlament, f’nofs il-gimgha li ghaddiet.
Il-fatt jibqa’, li d-diverġenzi bejn membri tal-istess grupp parlamentari huma ċari u hu għalhekk li l-Prim Ministru qed jevita li jqajjem din il-kwistjoni mad-deputati tiegħu. Dan hekk kif uħud, fosthom Chris Cardona stess, jemmnu li m’għandha tittieħed l-ebda azzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri.
Oħrajn li bħas-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qed jistaħbew wara l-Prim Ministru biex ma jesprimux il-pożizzjoni tagħhom.
U dawk li mhux lesti jiddefendu lil keith Schembri, kagun tal-ħsara li qed jagħmel bl-aġir tiegħu, kemm fuq il-Gvern Laburista stess… imma wkoll lil isem pajjiżna.
Magħhom ukoll hemm Chris Fearne, li bħal Chris Cardona hu Deputat Mexxej tal-Partit Laburista imma jemmen li Keith Schembri qed jagħmel wisq ħsara lill-Partit.
Filfatt, mistoqsi dwar jekk hu u Fearne jaqblux dwar jekk il-Prim Ministru għandux jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri, Chris Cardona ma weġibx.
Il-kwistjoni ta’ Keith Schembri ilha għaddejja sa mill-2016 meta ħareġ fil-beraħ l-iskandlu tal-Panama Papers.Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilu sa minn dak iż-żmien jiddefendi lil Keith Schembri akkost ta’ kollox, bil-mistoqsija tqum waħidha: X’qed iżommu milli jieħu azzjoni?
//= $special ?>