– Chris Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li f’Għawdex hemm problemi dwar il-qorti l-ġdida li m’hemmx pjan fejn se ssir, il-privatizzazzjoni tal-isptar u n-nuqqas ta’ pjanar fit-turiżmu.
Fl-Aġġornament tal-parlament Chris Said qal li l-gvern għadu ma ssostitwiex lill-Maġitsrat Coppini fil-Qorti ta’ Għawdex b’konsegwenza li l-kawżi qed ikunu differiti bla data għad-detriment tal-poplu li jkun qed ifittex ġustizzja. Jeħtieġ li tinstab soluzzjoni mmedjata dwar dan, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li parti mill-problema ħoloqha l-gvern stess. Il-binja tal-qorti mhix aċessibbli għall-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà. Meta kien hemm ix-xogħijiet fiċ-Ċittadella kien hemm pjan li l-ewwel sular tal-qorti jkun aċċessibbli iżda x-xogħlijiet ta’ rampa u li fil-pjazza twaqqfu.

Il-gvern Laburista wiegħed bini ta’ qorti ġdid qabel l-elezzjoni iżda l-Ministru ġdid għal Għawdex bidlet kollox. Issa qed jgħidu li l-qorti se jinbena fix-Xewkija iżda issa anki dan il-proġett twarrab biex issa m’hemm l-ebda pjan u fil-budget ma kienx hemm vot għall-qorti ta’ Għawdex.
Dwar l-Iskola ta’ Barts hu qal li dan porġett importanti għal Għawdex fejn l-Opożizzjoni kienet favuru. Il-gvern pprova jħawwad l-Iskola Barts ma’ Vitals; li m’għandhomx x’jaqsmu flimkien. L-Oppożizzjoni hi favur Barts iżda kontra li l-uniku sptar f’Għawdex ikun privatizzat. Il-MUM qalet li l-privatizzazzjoni kienet falliment totali waqt li l-poplu Għawdxi qed iħoss dan in-nuqqas fejn il-wegħdi ma twettaq xejn minnhom. L-Iskola ta’ Barts se tinfetaħ tliet snin wara d-data ppjanat.
L-Isptar ta’ Steward se jkollu 450 sodda li wkoll suppost ilu lest sena u nofs iżda l-applikazzjoni lanqas biss qed tkun segwita minn Steward fl-Awtorità tal-Ippjanar. Wara din l-applikazzjoni fil-Pjan Lokali trid issir l-applikazzjoni propja.

Chris Said qal li dan l-isptar hu importanti wkoll għall-iskola ta’ Barts biex l-istudenti jagħmlu l-prattika fl-isptar. Dan il-falliment qed isir minkejja li qed jieħdu €70 miljun fis-sena. L-iskola ta’ Barts inbiet fuq art tal-poplu li ingħatat b’xejn lil Steward mis-€70 miljun mit-taxxi tal-poplu.
Il-gvern se jħallas ukoll €1.5 fis-sena kera ta’ din l-iskola lil Steward għal 30 sena. Bir-raġun li Adrian Delia mar il-qorti biex dan il-kuntratt kun pubblikat għaliex dan hu ftehim li jinten. It-tliet ministri involuti llum taħt inkjesta maġisterjali dwar dan il-ftehim waqt li l-Awditur Ġenerali qed jinvestiga wkoll il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet Maltin.
Kien hemm Child Development Centre li kien sar b’€1.5 miljun mill-flus ta’ eco-Għawdex minn gvern Nazzjonalista iżda meta tlesta flok ingħata lit-tfal Għawdxin għal servizzi mediċi ingħata lil Vitals biex jintuża’ bħala maħżen u bħala parti mill-iskola medika ta’ Barts. Gvern Nazzjonalista għamel ukoll investiment qawwija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex f’teatri ġodda tal-operazzjonijiet u Dipartiment tar-Radjoloġija professjonali.
Dwar it-turiżmu f’Għawdex, Chris Said qal li dan jikkontribwixxi għal 50% tal-GDP iżda fl-ITS hemm biss 12-il student. Is-settur tal-kiri tal-karrozzi f’Għawdex naqas bi 30% waqt li fid-diving qed jirreġistra tnaqqis li laħaq it-30%.

Il-gvern injora dan is-settur fejn il-ħajja marittima qed tonqos u tispiċċa. Iż-żoni ta’ konservazzjoni fil-baħar jeżistu iżda mhux isir infurzar protezzjoni fihom. Jeħtieġ li jittieħdu passi qabel ikun tard wisq biex il-prodott ikompli jittejjeb.