Hibs……………………….87
Starlities Gig……….….84
(18-27, 15-12, 32-22, 22-23)
Hibs: P. Attard, D. Bugeja 12, K. Caruana, L. Farrugia 3, W. Alhberg 3, I. Bonett, N. Vasovic 21, A. Axiaq 3, M. Matjievic 15, M. Attard, C. Rowe 4, I. Demuncen 26.
Starlities: A. Felice Pace 10, R. Bonnici 18, I. Felice Pace, M. Fabri, M. Sceri, R. Carabott 14, I. Kumovic , K. Kulos 29, J. Marseille 13.
Referees: K.Dwormizak, L. Camilleri u M. Harisha.
Hibs wara bidu mhux feliċi ġew lura wara l-mistrieħ biex dawru r-riżultat u jibdew il-kampjonat b’rebħa. K.Kulos tas-Starlites wara bidu tajjeb naqsu mil-logħob u ma kellhomx riposta ghat-tul tas-Serb I. Demuncien taħt il-boards,
Hibs għal darba oħra kellhom bidu kwiet biex Starlites bl-Amerikan K. Kulos dominanti ħadu vantaġġ kmieni 9-4 u kien biss fl-aħħar minuti li Hibs tjiebu u ma ħallewx lil Starlites ikabbru l-vantaġġ taghhom 27-18.
Il-livell tal-logħba naqqsu fit-tieni sessjoni bit-tims xejn preċiżi fix-xutts. Wara li Starlites kellhom bidu tajjeb fejn kabbru l-vantaġġ għal 39-22.
Hibs għamlu reazzjoni u ħdax- il punt mingħajr risposta għenithom biex sal-mistrieħ ikunu sitt punti ‘l boghod 39-33.
B’I. Demuncen jiddomina taħt il-boards b’punti ta’ N. Vasovic, Hibs dawwru r-riżultat u jmorru punt minn fuq 51-50 fl-ewwel minuti wara il-mistrieħ.
Kienu Hibs fl-aħħar minuti tas-sessjoni li marru minn fuq u jibdew l-aħħar għaxar minuti b’vantaġġ żgħir ta’ 67-61.
Starlites irnexxilhom idawwru r-riżultat fl-ewwel minuti 67-66. Wara li tim jew l-ieħor kienu fuq quddiem lejn nofs is-sessjoni 75-72 għal Starlites, hdax-il punt mingħajr risposta fetħu t-triq għar-rebħa ta’ Hibs.
Starlities baqgħu viċin u kellhom iċ-ċans li jisforzaw il-ħin barrani imma A. Felice Pace għaġġel wisq.
Determinanti għal Gżira x-xuttijiet mill-bogħod
Depiro……………………89
Gzira Athleta……………99
(20-19, 21-23, 16-30, 32-27)
Depiro: M. Todorovic 18, Q. Cooper 42, M. Naudi 11, D. Farrugia 1, N. Grech, O. Said, K. Xuereb 17, M. Brincat, J. Attard, A. Chomo, A. Attard ,
Gzira: C. Crossland 13, S. Pace 6, B. Zammit, P. Shoult 14, L. Strfanovic 14, S. Galea, N. Xuereb 18, M. Novakic 17, I. Thiesen 17, E. Abela, R. Abela.
Referees: B. Vasaalo, Z Dobrosavljevic u I. Simac
Depiro għal darba oħra kellhom ibaxxu rashom kontra Gzira u bħat-tliet logħbiet l-oħra Depiro naqsu mir-ritmu wara l-mistrieħ. Depro li kellhom lill-Amerikan Q. Cooper f’burdata tajba iridu jitjiebu fid-difiza biex jirbħu. Id-difiża tagħhom ma bdietx tlaħħaq mal-ħeffa tal-Gzira fl-attakk u ħallew ħafna spazju li Gzira ħadu vantaħħ b’xutts mill-bogħod.
Wara bidu bilanċjat, Depiro b’xutts mill-bogħod ta’ Q. Cooper fetħu sitt punti vantaġġ 17-11 li Gzira naqqsu għal punt sa tmiem l-ewwel għaxar minuti 20-19.
Depiro bdew it-tieni sessjoni aħjar biex kabbru l-vantaġġ għal 30-22. Gzira tjiebu u sa nofs is-sessjoni marru minn fuq bi tnax- il punt mingħajr risposta 34-30. Wara minuta ta’ mistrieħ Depiro rkupraw biex jaqsmu l-logħob sal-mistrieħ 42-41.
L-ewwel ħames minuti tat-tielet sessjoni rat lil Gzira jippruvaw jibnu vantaġġ tajjeb u risposta ta’ Depiro 56-50.
Hekk kif Q. Cooper naqqas xi ftit mill-preċiżjoni fix-xutts, Gzira ħadu vantaġġ biex kabbru l-vantaġġ għal ħmistax-il punt u jibdew l-aħħar għaxar minuti 72-57 minn fuq.
Depiro ħarġu determinati biex inaqqsu d-distakk fir-raba’ sessjoni, biss Gzira ikkontrollaw tajjeb u għalkemm tilfu tliet plejers minħabba ħames fawls xorta ma ħallewx lid-Depiro jersqu viċin.
//= $special ?>