Lokali

HSBC Malta se jneħħu 180 persuna mill-istaff tagħhom

HSBC Malta se tneħħi 180 membru tal-persunal tagħha sal-aħħar ta’ din is-sena bħala parti minn skema ta’ rtirar volontarja li kienet mħabbra lura f’Ottubru li għadda.

L-eżerċizzju se jiswa lill-bank madra 16-il miljun Ewro iżda qed jipprevedi tfaddil fuq spejjeż futuri grazzi għal dan l-eżerċizzju.

Ftit tal- ġimgħa ilu il-bank kien ħabbar li sal-aħħar ta’ din is-sena, se jagħlaq il-fergħat tiegħu f’San Pawl il-Baħar, Birżebbuġa, Bormla, l-Fgura, il-Ħamrun, Marsaskala u San Ġiljan.

L-HSBC kien ħabbar ukoll li l-fergħat ta’ Ħal Qormi u Ħal Balzan se jiġu integrati fiċ-Ċentru Rużar Briffa li attwalment huwa l-Kwartieri Ġenerali tal-HSBC.

Għaldaqstant, il-fergħat tal-Belt Valletta, il-Mosta, Raħal Ġdid, Tas-Sliema u r-Rabat Għawdex se jibdew joffru aktar servizzi għal ħinijiet itwal.

L-HSBC qed jgħid li din il-bidla qed issir sabiex il-bank ikompli jaqleb għal servizzi ibbażati aktar fuqha-jistgħu jagħżlu fuq il-pjattaformi online.