- Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-gvern qed jaħli l-ħin tal-parlament meta jressaq liġijiet iżda ma jiġġilidx b’mod effettiv il-ħasil tal-flus.
Fil-parlament Mario de Marco qal li l-Ministru tal-Finanzi għandu l-obbligu jispjega l-pajjiż x’qed jagħmel dwar in-nuqqasijiet li nsibu fir-rapporti ta’ entitajiet internazzjonali fosthom il-Moneyval u għaliex l-awtoritajiet Maltin mhux jieħdu l-passi ta’ persuni ta’ profil ogħli fejn hemm rapporti ta’ suspetti skont rapporti tal-FIU. Fost dawn hemm il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Il-Ministru tal-Finanzi għandu obbligu jgħid għaliex l-uffiċjali tal-FIAU li għamlu dawn ir-rapporti spiċċaw tkeċċew mill-FIAU u li jgħid li l-abbozz tal-liġi dwar il-Ħasil tal-Flus. Il-pajjiż qed jgħix f’dinja u politika surrerali fejn hemm gvern li qed jiftaħar bil-liġijiet li ressaq iżda l-baħar bejn l-adozzjoni tal-liġjiet u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-liġijiet hu wieħed enormi.
Mario de Marco tkellem dwar ir-responsabbiltà tal-qorti biex il-liġijiet li jgħaddi l-parlament ikunu implimentati biex ma jkunx hemm abbuż ta’ poter. L-uniku poter għadu jkun għand il-poplu, sostna Mario de Marco, li kompla li l-lealtà tad-deputati għandha tkun lejn il-poplu. Il-ħajt diviżorju bejn l-istituzzjonijiet illum iżżarma kif isostnu l-entitajiet barranin fosthom il-Kummissjoni Venezja, il-GRECO u l-Moenyval li jsostnu li llum id-demokazija ma tiffunzjonax b’mod normali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pulizija u l-istituzzjonijiet investigattivi mhux jitħallew jagħmlu xogħlhom kif suppost. Hu staqsa għaliex mhux id-dispożizzjonijiet kollha tad-direttiva dwar il-ħasil tal-flus qed ikunu implimentati u jekk il-pubbliku hux se jkollu aċċess għall-benefiċċjarji tal-kumpaniji jew tat-trusts. Hemm numru ta’ miżuri oħra li huma indikati fid-direttiva li suppost ikunu implimentati sal-10 ta’ Jannar 2020 iżda dan l-abbozz mhux jinkludiehom.
Fuq punt ta’ informazzjoni l-Ministru tal-Finanzi qal li kienu se jitressqu numru ta’ avviżi legali.
Mario de Marco qal li l-gvern se jressaq avviżi legali għal din id-direttiva iżda kien ikun aħjar li dawn kienu inkorporati fil-liġi. Hu rrifera għar-rapport tal-Moneyval ta’ Lulju 2018 li għamel evalwazzjoni tal-miżuri fil-pajjiż dwar il-ħasil tal-flus. Dan ir-rapport ma biddel xejn mill-konklużjonijiet tiegħu u ta sena żmien biex il-pajjiż isewwi n-nuqqasijiet fir-rapport u fin-nquqas ta’ dan Malta tkun blacklisted.
Hu kkwota mir-rapport Monyeval li jgħid li għall-awtoritajiet Maltin, l-investigazzjoni kontra r-reati ta’ ħasil ta’ flus mhix prijorità minkejja r-rieda tajba tal-uffiċjali individwali li jridu jwettqu l-impenji tagħhom. Skont intervisti u statistika li għandhom il-Moneyval, il-pulizija ma tatx prijorità lir-reati ta’ ħasil ta’ flus.
Il-Moneyval stabbilew ukoll li l-uffiċjali li suppost jimplimentaw il-liġijiet mhux qed jimplimentawhom. Il-Kumitat tal-Espri tal-Moneyval jistabilixxi li Malta għandha struttura tajba ta’ regolamenti u liġijiet iżda mhux qed ikunu implimentati. Il-problema tal-pajjiż hi n-nuqqas ta’ impenn tal-gvern biex jimplimenta dawn il-liġijiet u n-nuqqas ta’ tmexxija serja ta’ ċertu istituzzjonijiet. Ir-rapport tal-Monyeval jitratta l-qrati Maltin fejn jistabilixxi li dawn m’għandhomx ir-riżorsi neċessarji biex iwettqu d-doveri tagħhom. Il-gvern qed jibqa’ jimpjega lin-nies mal-gvern bi pjaċiri politiċi iżda mhux biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.
Mario de Marco kompla jikkwota mir-rapport Moneyval li kkritika l-għoti ta’ liċenzja lil sid ta’ bank li ma kellu l-ebda esperjenza. Hu ovvja li dan qed jirreferi għall-Bank Pilatus. Il-Moneyval stabilixxa wkoll li minkejja l-investigazzjonjiet li saru, għal xi raġuni l-liċenzja lil Pilatus ngħatat. Din akkuża serja tal-Moneyval, sostna Mario de Marco, li kompla li kull investigazzjoni li saret wasslet għal deċiżjoni kuntrarja għal dik li suppost kellha tittieħed. X’wassal biex Pilatus Bank ingħata liċenzja u tħalla jopera bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż? Min kienu dawk il-klijenti tant importanti għal Pilatus li l-awtoritajiet għalqu għajnehom? X’interess kellu Keith Schembri li jiftaħ kontra fil-Pilatus mill-banek kollha ta’ Malta?

Mario de Marco qal li l-Monyeval jririferu wkoll għall-impunità fejn il-Kumitat tal-Esperti jiddikjaraw li mhux kovinti li l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġijiet huama f’pożzzjoni biex effettivament jinvestigaw b’mod spedittiv u fejn hemm bżonn jieħdu passi każi serji u kumplikati li jistgħu joħloq perċezzjoni li teżisti kultura ta’ impunità.
Id-deputat Nazzonalista kompla li dan kollu sar bi pjan biex in ried jagħmel ħażin ikun liberu li jagħmel dan u biex fil-pajjiż ikun hawn tmexxija li tidher li qed tagħmel kollox sew u oħra li tagħmel kollox minn taħt li tbigħ dak li hu tal-poplu bix-xejn f’kuntratti oxxeni. Dak li kellu jibqa’ mistur issa sar pubbliku, sostna Mario de Marco, li kompla li minkejja kollox kien hemm min ipprova fosthom neis ta’ kuraġġ fl-FIAU. Ir-rapporti tal-FIAU ma kinux implimentati u esegwiti.

Maruod e marco qal li l-FIAU investigaw lil keht Schembri, lil Brian Tonna lill-kumpanija ta’ Brian Tonna fil-BVI dwr kfi tleit persuni Russi li appliakw biex jixtru passaport Malti trasfirxxew €170,000 fil-kont tal-kumpanija Whilerby fil-BVI propjetà ta’ Brian Tonna u ftit wara l-istess kumpanija tgħaddi żewġ pagamenti ta’€50,000 l-wieħed liL keith Schembri f’kont li dan kellu fil-Pilatus Bank. Meta nqabdu, Brian Tonna qal li ta €100,000 lil Keith Schembri għax kellu jtih il-flus minħabba s-separazzjoni u self li dan kien għamel mingħand l-istess Schembri. L-uffiċjali tal-FIAU staqsew għaliex Tonna fetaħ kumpanija fil-BVI biex iħallas lil brian Tonna. Fil-kont ta’ din il-kumpanija daħlu pagamenti minn tliet persuni Russi li applikaw biex jixtru passaporti Malti.

L-uffiċjali tal-FIAU m’emmnux lil Brian Tonna u lil Keith Schembri u meta Brian Tonna pprova jipproduċi dokument dwar sef bejnu u bejn Keith Shembri, l-uffiċjali tal-FIAU ħassewhom insultati u qalu li dawn id-dokumenti ma jistgħux jittieħdu bis-serjetà u possibbilment jammonta għal kont fittizju u li din prassi nomali biex in-nies jużaw biex jipprovaw jgħattu tixħim.
L-uffiċjali tal-FIAU qalu li l-komplessività ta’ dan kollu jikkonkludu li hemm provi suffiċjenti għal provi ta’ ħasil taħ flus. Huma rrakkomandaw lill-pulizija biex jittieħdu l-azzjonijiet iżda l-Kummissarju ta’ dak iż-żmien Michael Cassar irriżenja. Il-Kummissarju l-ġdid tal-Korp tal-Pulizija m’għamel xejn; la hu u l-ebda istituzzjoni oħra.
Mario de Marco qal li l-gvern qed jaħli l-ħin tal-parlament u semma’ r-rapport ieħor fil-konfront ta’ Keith Schembri dwar pagamenti li hu għamel lil terza persuna li wkoll kellha kumpaniji reġistrati fil-BVI. F’dan il-każ l-FIAU stabbiliet ukoll li anki ahwn hemm suspett raġonevoli ta’ ħasil tal-flus.
Mario de Marco qal li r-rapport tal-Moneyval jirriferi propju għall-każ ta’ Keith Schembri għaleix fil-konfront tiegħu l-awtoritajiet ma jagħmlu xejn. Hu qal li l-FUAU investigaw ukoll lil Konrad Mizzi meta dan inkixef kif ftit ġimgħat wara li laħaq ministru fetaħ kumpanija sigireta fil-Panama; Hernville Corp. Hu rreġistra wkll trust fi New Zealand biex jaħbiha. Kien żvelat li din il-kumpanija ta’ Konrad Mizzi u Tillgate ta’ Keith Schembri kellhom buisness plan biex jidħu flus minn kumpanija oħra sigrieta reġistrata fil-UAE li kienet ta’ sid indiviwali fil-konsorzju tal-power station.
L-FIAU qalu li anki f’dan il-każ ta’ Konrad Mizzi hemm suspett li kien involut f’ħasil ta’ flus. L-aħħar sena seħħet fil-qorti nhar it-Tnejn li għadda meta Keith Schembri fil-qorti pprefera t-triq li jċedi l-libell kontra Simon Busuttil.
Dan ifisser li Keith Schembri ma jqsix bħala diskors libelluż meta jiġi mgħajjar korrott u ħalliel. Illum mhux l-Oppożizzjoni biss qed tinsisti għat-tneħħija ta’ Keith Schembri iżda anki l-opinjoni pubblika u l-ġurnali.
Mario de Marco u qal li l-Ġuda hu dak li biegħ isem Malta u mar kontra l-interess tal-pajjiż għaliex mhux qed jimxi b’onestà u b’kontabbiltà. Dawn il-persuni ma jistħoqilhomx l-appoġġ tal-Ministru tal-Finanzi li għandu jkun leali l-ewwel lejn il-pajjiż. Ir-repsonabbiltà tal-Ministru tal-Finanzi hi li jitkeċċa min qed jagħmel ħsara lill-pajjiż, sostna Mario de Marco.
//= $special ?>