- Therese Comodini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri huma diġà ħatja politikament dwar korruzzjoni.
Id-deputat Nazjzonalista Therese Comodini Cachia qalet li l-gvern qed jonqos milli jagħti istituzzjoni u serħan il-moħħ biex il-poplu jaħseb li l-gvern għandu mpenn li jieħu bis-serjetà dan ir-reat. Il-Moneyval ddikjara li l-investigazzjoni u l-passi meħtieġa ma jidhrix li huma pijorità għall-awtoritajiet Maltin

Id-deputat Nazzjonalista semmiet lil Keith Schembri u Konrad Mizzi u qalet li l-korruzzjoni fil-pajjiż tiswa €725 miljun fis-sena. Dan hu l-istess ammont daqs il-budget fil-kura tal-anzjani u fl-edukazzjoni. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni twaqqaf it-telf ta’ flus li jista’ jmur għand il-poplu. Stħarriġ juri li ‘l fuq minn 54% tal-Maltin jemmnu li l-korruzzjoni żdiedt fl-ewwel tliet snin ta’ gvern Laburista. Fil-pajjiż daħal sens ta’ impunità fil-pajjiż, sostniet Therese Comodini Cachia, li kompliet li r-rapport tal-FIAU qed jinsisti mal-Gvern biex jittieħdu passi fil-konfront tal-ħabib tal-gvern; iżda l-gvern m’għamel xejn. Keith Schembri għadu jmexxi l-ogħla uffiċċju tal-Gvern b’impunità super-artifiċjali. Il-Moneyval ukoll ressaq numru ta’ proposti kontra l-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni.

Il-Moneyval qed iwissi lill-gvern dwar theddid minn gruppi kriminali li huma involuti fil-korruzzjoni. Ir-rapport jgħid li Malta ħadet ftit passi kontra persuni li jaħbi l-assi tiegħu billi jpoġġiehom fi strutturi kumplessi bħal ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li kieku m’hawn il-korruzzjoni, il-gvern ikun jista’ jinvesti fl-edukazzjoni, fl-għalliema, fid-djar soċjali, fil-pensjonijiet u lill-istudenti. Iżda dan mhux il-ħsieb tal-gvern, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kkritika il-pożizzjoni tal-gvern li qed jgħid li Malta mhix l-uniku pajjiż fejn hemm diffikultajiet.
Therese Comodini Cachia qalet li b’konsegwenza tal-korruzzjoni qed ibatu ċ-ċittadini iżda l-awtoritajiet donnhom ma jistgħux jaqbdu lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi; meta dawn m’humiex moħbija iżda huma protetti mill-Prim Ministru, mill-gvern u billi jinħbew wara l-protetti fil-qorti. Iżda politikament dawn ma jistgħux jinħbew fil-grad ta’ prova politika għaliex hemm provi li jagħmluhom ħatja ta’ korruzzjoni.
//= $special ?>