L-Avukat Ġenerali qal li huwa għadda r-rapport sħiħ lill-Prim Ministru u mhux lill-Partit Laburista filwaqt li huwa ċaħad li għaddieh lil xi partit politiku jew lil xi persuni li qegħdin jissemmew fil-Qorti.
Huwa qal dan meta l-Avukat Vince Galea li qed jidher għall-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li bħala ‘watchdog’ mhux biss il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għandu dritt li jkollu kopja sħiħa tar-rapport, iżda anke l-poplu Malti.
L-Avukat Vince Galea tkellem ukoll dwar kif għandhom ir-rapport sħiħ diversi esponenti tal-Partit Laburista, nkluż it-tliet Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona, xi ħaġa li l-Avukat Ġenerali qal li mhemmx provi ċari li ħaddieħor għandu xi rapport sħiħ.
L-Avukat Galea staqsa lill-Avukat Ġenerali li jekk dan ir-rapport għadda lill-Prim Ministru, li skont l-Avukat Ġenerali, għaddieh lilu biss u lill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, allura l-Prim Ministru lil min qed jirrappreżenta, mhux lill-Partit Laburista?
Qal ukoll li hemm diversi persuni li għandhom ir-rapport u semma’ lill-Avukat tal-Partit Laburista Pawlu Lia u lill-eks Kap tal-Kommunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia.
Dan kollu ħareġ fit-trattazzjoni tal-Appell li qed jinstema’ quddiem il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul.
Kien hawn li l-Avukat Ġenerali Peter Grech saħansitra qal li ma hemmx provi li xi membri tal-Partit Laburista jew xi ndiviswi għandhom xi kopja sħiħa tal-inkjesta. Is-sentenza sabiex Adrian Delia jkollu aċċess għar-rapport sħiħ Egrant. Is-sentenza dwar jekk Adrian Delia għandux ikollu aċċess sħiħ għar-rapport Egrant mistennija tingħata fis-16 ta’ Diċembru li ġej.
Sadanittant il-kawża bdiet bit-trattazzjoni minn naħa tal-Avukat Vince Galea li qal li dak li qed iseħħ hija leżjoni tad-drittijiet fundamentali tal-Kap tal-Oppożizzjoni u numru kbir ta’ persuni li jirrappreżentaw leħen fil-pajjiż.
Huwa qal li l-biża’ li dan ir-rapport jingħata minħabba li l-proċeduri jistgħu jiġu mittiefsa minħabba li jistgħu jippreġudikaw kawżi oħra ma jreġiex u dan għaliex jekk il-biża’ ta’ dak li qed jalluda għaliha l-Avukat Ġenerali, li l-ġist tar-rapport ma jitħallhiex fil-kexxun, fi kliemu stess, allura anke xi membri tal-Gvern u tal-Partit Laburista, jistgħu wkoll ma jħalluhx fil-kexxun.
L-Avukat Galea staqsa x’inhuwa l-aktar ta’ ġid għall-pubbliku? Li Kap tal-Oppożizzjoni jiġi mċaħħad minn evidenza? Dan qal li jmur kontra d-drittijiet fundamentali. Staqsa wkoll kif l-Avukat Ġenerali jista’ jikkontrolla l-esponenti tal-Partit Laburista li jagħmlu xi ħaġa u jfixxklu xi forma ta’ investigazzjoni fuq ir-rapport li diġa għandhom.
Huwa rrabbatta dak li qal l-Avukat Ġenerali fejn ikkwota kliemu stess, “il-Kap tal-Oppożizzjoni mhux se jżomm il-kopja sħiħa fil-kexxun” fejn dwar dan qal li l-Avukat Ġenerali Peter Grech qed juża t-termini ta’ ‘pick and choose’.
Kompla jgħid li kull ġurnata li tgħaddi mingħajr aċċessibilita tar-rapport tfisser ksur tad-drittijiet fundamentali fil-konfront ta’ Adrian Delia, u dan meta suppost għandna pajjiż ibbażat fuq ir-‘rule of law’. Tenna li l-Avukat Ġenerali qed jagħmel diskriminazzjoni bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Minn naħa tiegħu l-Avukat Ġenerali kompla jgħid li skont il-liġi huwa għandu d-diskrezzjoni fuq ir-rapport. Qal li kellu jibgħat ir-rapport kollu lill-Prim Ministru għax setgħet ukoll tinħoloq kriżi minħabba li setgħet inħolqot kriżi kostituzzjonali għax kien qed jorbot il-futur tiegħu dwar dan il-każ.
Kemm il-darba qal fil-Qorti li huwa qal li hija biss allegazzjoni li hemm il-persuni msemmija li għandhom kopja tar-rapport. Dwar dan l-Avukat Vince Galea qal li r-raġuni ma fhijiex forza, u li anzi jista’ jkun hemm nies oħra li ma nafux bihom li għandhom kopja sħiħa tar-rapport Egrant.
L-Avukat Galea semma wkoll dwar kif intbagħtet kopja lill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, kopja ‘blank’ b’email ….jiġifieri mingħajr lil min kienet qed tintbagħat, iżda bir-rapport tal-inkjesta Egrant kollha.
//= $special ?>