L-elezzjoni ta’ tmiem il-ġimgħa għall-Parlament tal-Belarus ma ssodisfatx il-kriterji demokratiċi meta kienet ‘imtappna’ bil-kontrolli għal-libertajiet fundamentali.
Dan qaluh l-osservaturi internazzjonali li segwew mill-qrib l-iżviluppi tal-elezzjoni u li, fl-istess ħin, esprimew tħassib dwar l-integrità tal-proċeduri relatati.
Ir-riżultati uffiċjali wrew li l-ebda kandidat tal-Oppożizzjoni ma rebaħ siġġu fil-Parlament. Dan meta mhemm l-ebda dubju li l-President Alexander Lukashenko għandu jkompli bit-tmexxija awtoritarja tal-Belarus li ilha effettiva għal 25 sena.
L-elezzjoni tal-Ħadd fil-Belarus kienet qajjmet tamiet li Lukashenko seta’ jippermetti rwol għal Oppożizzjoni effettiva fil-pajjiż.
Madankollu, Margareta Cedefelt, li mexxiet lill-osservaturi tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), qalet li din l-elezzjoni ‘kixfet nuqqas ta’ rispett ġenerali għall-impenji demokratiċi’.
//= $special ?>