Marc Marquez temm sena mill-aqwa meta rebaħ l-aħħar Grand Prix tas-sena, il-Grand Prix ta’ Valencia. Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa, Marquez ta wkoll lil Repsol Honda t-titlu dinja tal-kostrutturi.
Ir-rebħa ta’ Marquez kienet waħda faċli u minkejja li l-istaġun ma kellux iktar x’joffri lil Marquez dan xorta waħda ddomina u wara li mar fl-ewwel post wara it-tmien dawra, hu qatt ma ħares lura biex rebaħ faċilment. Għal Marquez din kienet it-tnax-il rebħa tas-sena.
Għal Jorge Lorenzo din kienet l-aħħar tellieqa fil-karriera tiegħu hekk kif hu ħabbar li din is-sena kienet se tkun l-aħħar waħda tiegħu. Dl-aħħar Grand Prix tiegħu, Jorge Lorenzo ħames darbiet champion tad-dinja spiċċa fit-13-il post.
//= $special ?>