‘Flimkien b’għan wieħed biex ngħinu lill-bniedem fil-bżonn’.
Huwa dan il-ħsieb wara l-proġett li qed isir mill-Fondazzjoni Caritas għall-ċentru ġdid fil-Blata l-Bajda. Ċentru li se jkun qed joffri diversi servizzi għal dawk il-persuni li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli f’ħajjithom.
Dan il-proġett ta’ ċentru ġdid fil-qalba tal-komunità, se jgħin lill-Caritas sabiex tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha sabiex tkun iktar viċin il-persuni u tintegra nies vulnerabbli fis-soċjetà.
Madwar 600 persuna fis-sena mistennija jagħmlu użu mis-servizzi li se jkun qed joffri dan iċ-ċentru ġdid. Fost dawn wieħed isib għajnuna għal dawk li jkunu spiċċaw romol.. filfatt tkellimna ma’ Joseph Dingli li 19-il sena ilu tilef lill-martu u mnalla kienu l-Caritas li għenuh jgħaddi minn din l-esperjenza xejn sabiħa f’ħajtu. Joseph jistqarr magħna li issa hu qed ikun ta’ għajnuna għal ħaddieħor.
Min-naħa tiegħu d-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt spjegalna kif din il-binja tal-Caritas Comunity Centre se tkun qed tiġbor kemm l-amministrazzjoni li tagħti servizz lis-servizzi kollha mxerdin ma’ Malta kif ukoll min ġol-binja se jsir ko-oridnament ta’ binjiet soċjali oħra u sevizzi diretti għall-bniedem fil-bżonn.
L-għan aħħari jibqa’ li l-bniedem ikun fiċ-ċentru ta’ kollox, sabiex ħadd ma jħossu minsi.
//= $special ?>