Sport Waterpolo

Pavo Markovic se jilgħab ma’ Valletta United is-sajf li ġej

Valletta United ħabbru lil Pavo Markovic bħala wieħed mill-barranin tagħhom għas-sajf li ġej. Markovic hu playmaker ta’ 34 sena u fil-preżent jilgħab ma’ fil-Kampjoat Franċiż ma’ Strasbourg. Sa issa skorja 14-il gowl fil-kampjonat u jinsab sitt post fil-klassifika tal-aqwa skorers.

Fil-passat, Markovic ifforma parti mit-tim nazzjonali tal-Kroazja. Hu kien strumentali fl-2007 meta l-Kroazja rebħet il-Kampjonat tad-Dinja. Dakinhar huma rebħu 9-8 fil-finali kontra l-Ungerija, b’Markovic jiskorja ż-żewġ gowls fil-ħin barrani li tawhom ir-rebħa. Sena wara, hu kien parti mit-tim nazzjonali Kroat li spiċċa fis-sitt post fl-Olimpjadi f’Beijing.

B’hekk tkompli l-ħidma tal-klabb Belti biex itejjeb ir-riżultati tiegħu wara staġun diżappuntanti. Fl-aħħar jiem ukoll tħabbar li l-eks plejer u kowċ tagħhom Stephen Rizzo nħatar Team Manager. Srdjan Lazarevic se jkun il-kowċ ta’ Valletta fl-ewwel esperjenza tiegħu f’pajjiżna. Valletta akkwistaw ukoll lil Michele Stellini, Edward Aquilina u Niki Lanzon, bl-għan prinċipali hu li jirritornaw jilagħbu fil-Kampjonat Premier.