Lokali

Raġel l-isptar wara ħabta bejn trakk tal-ġebel u vann

Inċident tat-traffiku ħalla xufier ta’ vann isofri feriti wara li trakk tal-ġebel daħal fil-vettura tiegħu.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq is-Siġġiewi f’Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji ‘l quddiem.