Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew talab għal projbizzjoni fuq skemi ta’ bejgh tac-cittadinanza, ghaliex dawn qed joħolqu riskji serji għas-sigurtà, ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa.
Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew approva rapport riċenti tal-istess Parlament li sejjaħ ukoll għat-tmiem kemm jista’ jkun malajr tal-iskemi kollha eżistenti.
Bħalissa hemm bejn 17 u 20 skema ta’ residenza fl-UE, filwaqt li bhal fil-kaz ta’ Malta…tezisti l-iskema tal-bejgh tal-passaporti.
Skond rapport konġunt minn Transparency International u Global Witness li sar fl-2018, dawn l-iskemi se jkunu taw lill-UE aktar minn 6,000 ċittadini ġodda u 100,000 residenti ġodda mill-2008 sal-lum.
Ir-rapporteur tal-Kumitat Ewropew Jean-Marc Roirant, enfasizza li dawn l-iskemi ta’ spiss ma kinux konformi mad-drittijiet fundamentali… u insista fuq il-ħtieġa għat-tneħħija gradwali tal-iskemi fl-UE.
Il-Kumitat tal-MEPs talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni li jippermetti lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza u r-residenza li kienu ta’ suċċess u dawk li ġew miċħuda ….sabiex jiġi evitat xiri ta’ passaporti jew xiri ta’ viża bejn il-ġurisdizzjonijiet minn individwi riskjużi.
Huwa rrakkomanda wkoll li l-aġenti u intermedjarji li jipprovdu servizzi lill-applikanti ikunu suġġetti għal regoli tal-UE kontra l-ħasil tal-flus.
Finalment, il-Kumitat rrakkomanda li, waqt ix-xogħol lejn it-tneħħija gradwali tal-skemi eżistenti fl-UE, il-pajjiżi m’għandhomx jitħallew imexxu l-iskemi tagħhom stess, sabiex l-ebda skemi ġodda ma jkunu miżjuda ma’ dawk attwalment fis-seħħ.
L-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ilha snin li ġibdet l-attenzzjoni fuq Malta għar-raġunijiet il-ħżiena, bil-Gvern jibqa’ jinsisti li ma jissospendix din l-iskema.
//= $special ?>