Internazzjonali

Taqa’ l-investigazzjoni dwar stupru fil-konfront ta’ Assange

Il-Prosekuturi fl-Iżvezja waqqgħu l-investigazzjoni dwar allegazzjoni ta’ stupru fil-konfront ta’ Julian Assange, il-ko-fundatur ta’ Wikileaks, li fil-preżent qed jinżamm il-ħabs f’Londra.

L-allegazzjoni kienet titratta każ li jmur lura għall-2010 u Assange,, li dejjem ċaħad l-akkuża, dam seba’ snin jevita l-estradizzjoni lejn l-Iżvezja wara li kien ingħata refuġju fl-ambaxxata tal-Ekwador fir-Renju Unit.

Assange, li hu ċittadin Awstraljan ta’ 48 sena, f’Mejju li għadda kien inħareġ mill-ambaxxata f’Londra fejn kien ilu jgħix mill-2012. Hu, wara, ġie kkundannat għal 50 ġimgħa ħabs talli kien kiser il-kundizzjonijiet għal-libertà proviżorja.