Il-belt ta’ Sydney spiċċat koperta bid-dħaħen waqt li baqgħu jaqbdu l-għexieren tan-nirien qalb l-aħrax madwar ir-reġjun.
L-aħħar spinta tal-irwiefen tefgħu d-dħaħen min-nirien aktar ‘il ġewwa lejn iz-zoni residenzjali u bir-riżultat li l-kwalità tal-ajru f’Sydney ( it-tieni l-akbar belt fl-Awstralja) kienet indikata f’livelli perikolużi għal ħafna ħinijiet.
Ir-residenti ta’ Sydney u l-madwar użaw il-media soċjali biex ifissru s-sitwazzjoni u fejn irreferew għas-‘sema mċajpra’ u ‘ir-riħa tad-dħaħen’ fid-djar tagħhom.
Madwar ħames miljuni qed jgħixu f’Sydney, il-kapitali tal-Istat ta’ New South Wales li ilu l-ġimgħat affettwat min-nirien. Intant, mietu talanqas sitt persuni fil-bushfires li ilhom jaqbdu lejn it-Tramuntana ta’ New South Wales minn Ottubru.
//= $special ?>