Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jattendi għall-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum ħalla Malta sabiex jattendi għall-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) li se jsir f’Żagreb fil-Kroazja.  

Adrian Delia se jkun qed jindirizza l-Kungress tal-PPE għada l-Erbgħa, u se jkun qed jiltaqa’ wkoll ma’ Kapijiet ta’ Stat u gvernijiet u mexxejja oħra tal-Oppożizzjoni tal-partiti membri fil-PPE.

Matul il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jinsab akkumpanjat mill-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament David Agius, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli, s-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roselyn Borg Knight u mill-MEPs tal-PN Roberta Metsola u David Casa.