Lokali

Inutli li jkun hawn liġijiet jekk ma jkunux attwati

 Karl Gouder, PN  

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li inutli l-pajjiż ikollu l-aqwa liġijiet jekk dawn ma jkunux attwati. Hu qal li l-pajjiż irid jirrikonoxxi li għandu problema kbira fejn jidħol li-ħasil ta' flus.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista semma' l-kapaċitajiet tal-ħaddiema Maltin, il-fatt li l-Maltin jitkellmu bl-Ingliż u r-reputazzjoni tal-pajjiż bħala t-tliet aspetti li jattiraw l-investiment lejn il-pajjiż.

Malta tinsab fil-periklu li titlef din ir-reputazzjoni u jkun ferm diffiċli biex din terġa' takkwistaha lura. Hu qal l-industrija tas-settur finanzjarju qed tieħu dehra ħażina propju minħabba l-ħasil ta' flus.

Karl Gouder appella biex l-istituzzjonijiet jissaħħu u jittieħdu azzjonijiet fuq dak li huma jgħidu. Ftit ingħatat attenzjoni għall-FIAU, sostna Karl Goduer, li kompla li l-Oppożizzjoni mhix konvinta li qed isir id-due diligence neċessarju fuq min qed jixtri l-passaporti.