Lokali

Jitlaqqa’ l-Kabinett wara li Muscat ħabbar il-Maħfra Presidenzjali

Wara li Joseph Muscat ħabbar lill-Media li kien se jagħti parir lill-President biex tingħata Maħfra Presidenzjali lil persuna li qed tgħid li taf min ordna l-assassinnju ta’ Daphne Caruana Galizia, huwa laqqa’ l-Kabinett tiegħu f’Kastilja.

Il-ġurnalista ta’ Net News pruvat tieħu l-kummenti tal-Ministri wara li l-Prim Ministru għamel din l-istqarrija.

Wieħed mill-ewwel Ministri li ħareġ mil-laqgħa kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u eks Ministru tal-Intern Carmelo Abela li kif staqsejnih dwar il-Maħfra Presidenzjali, ma lissinx lanqas kelma waħda u baqa’ dieħel dritt fil-karozza li kellu tistennieh.

Kellu jgħaddi ftit tal-ħin mhux ħażin biex ħarġu l-kumplament tal-Ministri l-oħra iżda ħadd minnhom ma ried jagħti kummenti dwar dak li ntqal fil-Kabinett dwar id-deċiżjoni ta’ Muscat.

Ħadd mill-Ministri Jose Herrera, Chris Cardona u Chris Fearne ma riedu jikkummentaw dwar din  il-maħfra, u baqgħu jgħidu biss li dak li jiġi diskuss fil-Kabinett hu.

Ftit sigħat wara, staqsejna lill-Prim Ministru nnifsu jekk kienx hemm kunsens mill-Kabinett, b’Joseph Muscat iwieġeb li “ma ddiskutejnijhiex

Ikkummenta