Lokali

Jittella’ katavru ta’ mara mill-bajja tal-Balluta

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara fil-baħar fil-Bajja tal-Balluta, f’San Ġiljan.

Il-katavru instab kmieni t-Tlieta filogħdu, għall-ħabta tas-7:10AM wara li l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ l-ilma fl-imsemmija bajja.

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan marru mil-ewwel fuq il-post fejn hemmhekk innutaw l-imsemmi kadavru li ttella’ l-art minn tim mediku bl-għajnuna tal-Pulizija.

L-awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa aktar dawl fuq dan il-każ.

L-identità taghha ghadha mhiex magħrufa.

Bis-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.