Lokali

“Id-deċiżjoni ħadtha waħdi” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li ħa d-deċiżjoni li jagħti parir lill-President sabiex tingħata Maħfra Presidenzjali lil persuna li qed ssostni li taf min ordna l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ġimgħa ilu, il-Kabinett ta’ Muscat theżżeż wara li f’mument ta’ paniku, il-ħabib tal-Prim Ministru Keith Schembri waqqa’ l-libell li kien fetaħ hu stess kontra l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Fil-jiem ta’ wara, ħareġ fiċ-ċar li l-Kabinett kien maqsum bejn min baqa’ joħroġ għonqu għal Schembri u min kien irrabbjat għall-mod kif il-Prim Ministru kien qed jipproteġi lil sieħbu akkost ta’ kollox.

U issa, Muscat ħabbar li wara li tkellem mal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali  hu ddeċieda li jagħti l-maħfra Presidenzjali lill-persuna li ġiet arrestat l-ġimgħa li għaddiet.

Net News prova jieħu l-kummenti tal-Ministri wara li l-Prim Ministru għamdel din l-istqarrija.

Wieħed mill-ewwel Ministri li ħareġ mil-laqgħa kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u eks Ministru tal-Inern Carmelo Abela li kif staqsejnih dwar il-Maħfra Presidenzjali, ma lissinx lanqas kelma waħda u baqa’ dieħel dritt fil-karozza li kellu tistennieh.

Kellu jgħaddi ftit tal-ħin mhux ħażin biex ħarġu l-Ministri l-oħra iżda ħadd minnhom ma ried jagħti kummenti dwar dak li ntqal fil-Kabinett dwar id-deċiżjoni ta’ Muscat. La Jose Herrera, la Chris Cardona, u lanqas id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, u Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Ikkummenta