F’dak li jidher li hu mument delikat fl-investigazzjonijiet dwar dawk kollha involuti, kompliċi jew responsabbli, direttament jew indirettament, għall-assassinju tal-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-Partit Nazzjonalista jisħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-Liġi, nkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali u fakoltattivi biex jinqabad min ordna, iffinanzja u eżegwixxa l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li hu wkoll il-Kelliem għall-Ġustizzja u l-Governanza Tajba, qal li l-Partit Nazzjonalista pubblikament irodd ħajr u jwassal messaġġ ta’ kuraġġ lill-membri tal-Ġudikatura u l-investigaturi kollha involuti fil-proċess biex issir ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia, mal-familja u mal-għeziez tagħha, mal-Ġurnalisti kollha li jipperikolaw ħajjithom fit-tfittxija għall-verità, kif ukoll mas-soċjetà Maltija kollha kemm hi.
//= $special ?>