Futbol

Luis Enrique jirritorna fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Spanjol

Luis Enrique se jirritrona fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Spanjol wara li kien irriżenja mill-kariga madwar ħames sxhut ilu minħabba l-marda serja li ħakmet lit-tifla tiegħu Xana, li tilfet il-battalja mal-kanċer fl-eta’ ta’ 9 snin.

Fin-nuqqas ta’ Enrique, li kien propju f’Malta meta ħalla b’urġenza lit-tim nazzjonali Spanjol biex imur mal-familja tiegħu, it-tim tmexxa minn Robert Moreno li kien l-assistent ta’ Enrique. Moreno li fl-aħħar logħbiet mexxa lil Spanja kontra Malta u r-Rumanija dejjem qal li kien se jwarrab jekk Luis Enrique jkun irid jirritorna.

Il-President tal-Ferderazzjoni Spanjola Luis Rubiales qal li Enrique beda dan il-proġett u kienu kuntenti li se jirritorna fit-tmexxija għaliex il-bieb għalih qatt ma kien ingħalaq. Rubiales irringrazzja lil Moreno għax-xogħol siewi li għamel mat-tim nazzjonali fejnwaslu għall-kwalifikazzjoni.

Minkejja li kien l-assistent ta’ Enrique, Robert Moreno issa mhux se jkompli bħala assistent ta’ Enrique iżda se jħalli għal kollox il-federezzjoni Spanjola.

Rapporti fil-minja Spanjola qalu li Morena sellem għall-aħħar darba lill-plejers Spanjoli wara l-logħba kontra r-Rumanija u lanqas mar għall-konferenza tal-aħbarijiet ta’ wara l-logħba. Ilbieraħ Morena kellu jiltaqa’ mal-FA Spanjola dwar it-tmiem tal-kariga tiegħu, iżda Moreno m’attendiex lanqas għal din il-laqgħa.