Lokali Parlament

Ma tistax tingħata l-impressjoni li qisu ma ġara xejn fil-korruzzjoni

  • Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern ma jistax jibqa’ jagħti l-impressjoni li fil-pajjiż qisu mhu jiġri xejn dwar il-korruzzjoni.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li fil-pajjiż jeħtieġ li hawn persuni indipendenti li jivverifikaw u jiskrutinjaw lill-awtoritajiet.

Illum hawn kultura ta’ impunità u l-rpsuni li m’humiex korrotti qed jitqiesu stupidu. Fuq il-karta l-pajjiż għandu liġijiet tajbin iżda l-problema hi min qed iwettaqhom. Dan hu gvren konsistenti fid-direct orders f’San Vinċenz de Paule, fix-xogħol li jsir minn Infrastructure Malta, fil-kawżi li jitwaqqgħu mill-ministri u fl-indiffernza lejn iżgħir.

Il-kroruzzjoni llum saret mentalità, sostna Edwin Vassallo, li qal li l-Bank Ċentrali qed jgħid li d-differenza bejn is-sinjur u l-fqir qed tiżdied. Hu tkellem dwar ir-rapport tal-Moneyval u l-mod kif dan ikkritika s-sitwazzjoni f’Malta dwar il-governanza tajba.

Edwin Vassallo qal li l-gvern irid jieqaf issa il-kultura ta’ impunità, li jidħal bil-poplu fejn kulħadd jagħmel li jrid. Din hi ekonomija bbażata fuq il-korruzzjoni, sostna Edwin Vassallo.