Lokali Parlament

Malta hi l-uniku pajjiż fejn il-Panama Papers m’humiex provi

  • Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li Malta, taħt il-Gvern Laburista, hi l-uniku pajjiż fejn il-Panama Papers m’humiex provi biżżejjed biex jittieħdu passi.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-Prim Ministru Jospeh Muscat kien qal li min ma jiġġilidx il-korruzzjoni hu korrott għax kien jemmen li l-istati governattivi kienu tbaxxew għal-livelli mhux aċċettabbli fl-2013. Joseph Muscat kien iddikjara li għalih ma jgħaddix kollox, sostna Ivan Bartolo, li kompla li dak iż-żmien Joseph Muscat kien jitkellem ukoll fuq il-kontabbiltà iżda llum din il-kelma m’għadhiex tissemma’ iktar.

Il-poplu emmnu tah il-fiduċja, qal id-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-pajjiż waqa fil-baxx partikolarment fil-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni. L-awtorità llum qed taqbeż għall-ħuta l-kbira li tħanżret. Qabel l-2013 Muscat kien qal li l-korruzzjoni tisraq liż-żgħir; lill-ħaddiem medju.

Ivan Bartolo staqsa kif il-korrotti ma jistħux quddiem il-Maltin li għaddejjin minn diffikultajiet biex jgħixu fosthom il-pensjonanti, mill-familji u mill-istudenti li jmorru jitolbu fil-food banks.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ rapporti tal-FIAU u l-bejgħ tal-passaporti fil-kuntest ta’ rapport tal-Kunsill tal-Ewropa. Hu semma’ l-bejgħ tal-passaporti u qal li Brussell wissa’ lil Malta u lil Ċipru li kienu qed joffru ċ-ċittadinanza anki lil persuni barra l-UE. Anki l-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE kienet qalet li l-UE għandha l-obbligu li titlob l-għaqal fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-kontribuzzjoni għax-xiri ta’ passaport Malti hi ta €650,000 u l-persuna trid tixtri u tikri propjetà f’Malta waqt li tħallas €150,000 f’ishma u bonds. L-applikant jista’ jakkwista wkoll passaport Malti għall-membri tal-familja għal €25,000 kull wieħed. Hu qal li entitajiet internazzjonali qed iwissu lill-gvern li jekk mhux se jieħu passi, il-pajjiż jista’ jispiċċa blacklisted. Malta qed tiġi identifikata bħala pajjiż eċċellenti għall-ħasil tal-flus. Ir-rapport Moneyval ta ħasla kbira lill-gvern dwar reati finanzjarji.

Id-deputat Nazzjonalista tratta l-mod kif minkejja l-istituzzjonijiet Maltin, dawn m’huma jikxfu xejn. L-uniku pajjiż li għalih il-Panama Papers m’humiex provi hu Malta Hu tkellem dwar il-flus maħmuġin li ġew minn attività kriminali fil-Venezwela biex bihom infetaħ il-bank Pilaturs.

Dawn jinkludu lill-Ministru Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. Hu semma’ kif il-Prim Ministru kien mistieden għat-tieġ ta’ Ali Sadr, iċ-Chairman tal-Pilatus Bank; li llum hu arrestat fl-Istati Uniti tal-Amerika u proċessat għal każi kriminali fuq livell internazzjonali.

Ivan Bartolo qal li bla dubju li minn fuq Malta għaddejjin każi kbar ta’ ħasil ta’ flus u semma’ wkoll il-każ fil-konfront ta’ Neville Gafa; li dwaru ma ttieħdu l-ebda passi meta hemm xhieda anki rikordjata. Hu semma’ l-flus kbar li Gafa offra lil persuni Libjani biex dawn ma jixdhux kontrih fil-qorti. Għaliex ma saritx inkjesta? staqsa Ivan Bartolo, li kompla li dawn il-każi jġibu konflitti soċjali.