Sport

Tottenham Hotspur ikeċċu lil Mauricio Pochettino

Il-klabb minn Londra Tottenham Hotspur keċċa lill-manager Arġentin Mauricio Pochettino mill-kariga, inqas minn sitt xhur wara li dan wassal lil Spurs għall-ewwel finali fl-istorja tagħhom fil-UEFA Champions League, finali mitlufa 0-2 kontra Liverpool.

Pochettino kien ilu f’din il-kariga ħames staġuni u nofs. Għalkemm din l-aħbar tista’ titqies bħala waħda sorprendenti, ir-rendiment ta’ Spurs din is-sena fejn jinsabu fl-14-il post fil-Premiership, kważi għamlitha ovvja li t-tmexxija ta’ Pochettino kienet waslet fit-tmiem.