Futbol Sport

Wales jakkwistaw l-aħħar post ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2020

F’Cardiff ilbieraħ intlagħbet logħba li kienet deċiżiva għal min se jakkwista l-aħħar post disponibbli għall-Euro 20202.

Il-logħba bejn Wales u l-Ungerija kienet speċi ta’ decider u finalment kienu Wales li akkwistaw il-kwalifikazzjoni b’rebħa ta’ 2-0 fuq l-Ungerija, grazzi għal doppjetta ta’ Aaron Ramsey.

Fil-logħbiet l-oħra l-Belġju u l-Ġermanja skorjaw sitta kull wieħed kontra Ċipru u l-Irlanda Ta’ Fuq rispettivament, filwaqt li rebħiet ta’ 5-0 kisbu kemm ir-Russja barra minn darhom u l-Olanda f’Amsterdam.