Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara waqgħa ta’ sular

Ritratt: Martin Agius

Anzjan ta’ 69 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ waqgħa ta’ madwar sular għall-ħabta tal-11.30 ta’ dalgħodu.

L-anzjan, residenti Santa Luċija, kien jinsab ġewwa residenza fi Triq l-Istefanotis fl-istess lokalità meta għal xi raġuni seħħ dan l-inċident. Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol f’din l-istess residenza.

Fuq il-post marru Pulizija mid-distrett filwaqt li l-vittma kien assistit minn tim medikun fuq il-post u ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulzija għadhom għaddejjin.