Lokali

FL-AĦĦAR ĦIN: Jaqa’ saqaf ta’ residenza fil-Belt

Għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa sfronda saqaf ta’ residenza fil-Belt Valletta.

Kelliem għal Pulizija qal ma’ Net News li l-każ seħħ għal ħabta tat-3.10 ta’ wara nofsinhar fi Triq San Kristofru.

Net News hu nfurmat li fuq is-saqaf kien hemm raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żebbuġ u sfronda s-saqaf bih b’kollox. Hu waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post marru membri mill-Korp tal-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza biex jgħatu l-assistenza tagħhom.

Ir-raġel inħareġ minn qalb it-tifrik u ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għal kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.