Internazzjonali

Ġermanja: Jinqatel iben l-eks President Weizsacker

Iben l-eks President tal-Ġermanja, Richard von Weizacker, spiċċa maqtul b’daqqiet bi strument li jaqta’, ftit wara li hu kien spiċċa jagħmel taħditita medika fi sptar ta’ Berlin.

Il-vittma – Fritz von Weizacker, li kien tabib rinomat – spiċċa attakkat fl-isptar ta’ Schlosspark, fiz-zona ta’ Charlottenburg (fil-kapitali Ġermaniża) u l-iskop wara l-qtil tiegħu għadu mhux magħruf. It-tabib miet fuq il-post minkejja l-isforzi ddisprati biex isalvawlu ħajtu, bil-pulizija, bħalissa, qed iżżomm raġel suspettat biex jgħinhom fl-investigazzjoni.

Ir-rapporti qalu wkoll li pulizija li ma kienx fuq xogħol spiċċa serjament midrub meta hu konfronta lill-aggressur waqt li kien għaddej l-attakk sfrenat fuq it-tabib li kellu 59 sena.

Missier il-vittma , Richard von Weizacker, jibqa’ imfakkar bħala l-President li kien fil-kariga waqt ir-reunifikazzjoni storika tal-Ġermanja, fl-1990.