Lokali

Għajnejn l-UE fuq il-Gvern Malti

Il-Partit Popolari Ewropew fi stqarrija qal li se jkun qed jappoġġja lill-PN, u lill-Kap Adrian Delia, sabiex il-Gvern Malti u t-tmexxija ta’ Kastilja terfa’ r-responsabbilta’ politika wara l-iżviluppi tallum; sejħa li qed issir ukoll b’saħħa kbira mis-soċjeta’ ċivili.

Adrian Delia iltaqa’ personalment maċ-Chairperson tal-Grupp tal-PPE Manfred Weber. Fil-laqgħat ġewwa Zagreb huma tkellmu fit-tul dwar l-allegazzjonijiet serjissimi li qed jiffaċja l-Gvern ta’ Muscat.

Weber kien ċar ħafna fil-pożizzjoni tiegħu u insista li qed jappoġġja lil Adrian Delia fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni.

Tul il-jum Adrian Delia ltaqa’ ukoll mal-Prim Ministru Irlandiż.

F’Zagreb, Adrian Delia jinsab akkumpanja mill-Viċi Kap David Agius, mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u minn Roselyn Borg Knight, Segretarju Internazzjonali tal-PN. Preżenti wkoll iż-żewġ MEPs tal-PN Roberta Metsola u David Casa, kif ukoll l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg.