Lokali Parlament

Id-deputati tal-PN joħorġu ‘l barra mill-Parlament fuq struzzjonijiet tal-Kap Adrian Delia

Id-deputati tal-PN irtiraw kollha mill-Parlament wara li illejla il-Prim Ministru Joseph Muscat naqas milli jkeċċi lin-nies viċin tiegħu – Keith Schembri u Konrad Mizzi – wara l-arrest ta’ Yorgen Fenech; sid tal-kumpanija 17 Black.

Fil-Parlament, Muscat għażel biss li jagħmel “avviż” li aktar ‘il quddiem fil-jiem li ġejjin se jkun qed jagħmel stqarrija ministerjali.

Din id-deċiżjoni ttieħdet fuq struzzjonijiet li ta l-Kap tal-PN Adrian Delia, f’turija ċara li l-Oppożizzjoni mhux se tkun parteċipi ma’ Gvern li mhux jinteressah mill-interess nazzjonali.

Minflok tkellem fuq dak li għaddej f’dan il-mument delikat, għażel li jitkellem dwar it-tmexxija Laburista, fejn għadda battuta li l-Lejber għandu “għażla ta’ kandidati minn fejn jagħżel”.