Lokali

Il-korruzzjoni u r-rule of law temi ċentrali fil-laqgħat f’Zagreb

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ftit tal-mumenti ilu kellu laqgħa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Margaritis Schinas.

Matul din il-laqgħa, Adrian Delia wassal l-isfidi u t-tħassib tal-poplu Malti u Għawdxi, hekk kif l-immigrazzjoni u s-sigurtà jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħu.

Adrian Delia jinsab f’Zagreb, il-Kroazja, hekk kif bejn illum u għada qed jitlaqqa’ l-ewwel Kungress tal-Partit Popolari Ewropew.

L-ewwel sessjoni Plenarja tal-Kungress se tiftaħ illum għall-ħabta tas-2pm. Din is-sessjoni se tkun indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.