Lokali Unjoni Ewropea

Il-PN jivvota għall-President tal-PPE Donald Tusk

X'sinifikat għandu l-vot tal-lum f'Zagreb?

Il-vot tal-PN għall-President Donald Tusk jieħu xeħta aktar importanti fl-ambitu ta’ dak li seħħ matul il-jum tal-Erbgħa. Dan għaliex pajjiżna jeħtieġ li jkollu sieħeb qawwi fuq livell Ewropew sabiex l-Oppożizzjoni tibqa’ tiddefendi l-aħjar interessi taċ-ċittadini Maltin.

Ftit tal-ħin ilu, Tusk kellu laqgħa mfissra “pożittiva” mal-Kap tal-PN Adrian Delia.

Donald Tusk, li sal-lum għadu President tal-Kunsill Ewropew, se jkun qed jieħu f’idejh it-tmexxija tal-Partit Popolari Ewropew.

L-appoġġ lejn Malta spikka wkoll fil-laqgħa li Adrian Delia kellu mal-Kap tal-PPE fil-Parlament Ewropew Manfred Weber.

Jakkumpanjaw lil Adrian Delia kien hemm is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, il-Viċi Kap David Agius, is-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight, u l-MEP Roberta Metsola.