Lokali Unjoni Ewropea

Il-pressjoni fuq il-Gvern Malti fuq fomm il-mexxejja kollha Ewropej

Mal-President tal-Kummissjoni Ewropea
Rapport minn Zagreb fejn qed jitlaqqa' l-Kungress tal-PPE

Is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Gvern Malti u l-pressjoni li għandu fuqu Joseph Muscat, jinsabu fuq fomm kulħadd. Il-mexxejja Ewropej miġbura għall-Kungress tal-PPE qed jistaqsu kontinwament dwar l-aħħar żviluppi li seħħew dalgħodu, u kif il-Prim Ministru Muscat għadu ma ħax azzjoni.

Fost dawk li tkellmu mal-Kap tal-PN Adrian Delia kien hemm il-President il-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Mal-Kap tal-PN hi ddiskutiet temi bħall-immigrazzjoni, ir-rule of law f’Malta u l-allegazzjonijiet serji li qed jiffaċja Joseph Muscat. Ma setax jonqos ukoll aċċenn partikolari għal temi bħala huma l-gender pay gap u l-ugwaljanza.

Illum f’Zagreb qed jitlaqqa’ l-ewwel jum ta’ dan il-Kungress.