Lokali

Il-yacht ta’ Yorgen Fenech jiddaħħal lura fil-Marina ta’ Portomaso

Il-Forzi Armatita’ Malta permezz ta’ diversi patrol boats dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa, interċettaw il-yacht tas-sid ta’ 17 Black Yorgen Fenech milli tħalli l-Marina ta’ Portomaso. Dan f’inqas minn 24 siegħa wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li rrakkomanda maħfra għall-middlman fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Skont is-sit Lovin Malta, il-yacht, “Gio”, ħalla l-Marina ta’ Portomaso għal ħabta tal-5:30. Madankollu, skond siti li jitraċċaw il-bastimenti, Gio ġie mwaqqaf min bastimenti tal-għassa AFM f’ilmijiet barra mill-Pembroke fis- 5:45.

Waqt li uffiċjali tal-AFM telgħu abbord il-yacht ta’ Fenech, bastimenti tal-għassa tal-AFM skortaw il-yacht lura lejn Portomaso, fejn tkompliet tfittxija rigoruża fil-Marina.

Jidher li bħalissa Yorgen Fenech għandu yacht ieħor barra.

Yorgen Fenech huwa s-sid ta’ 17 Black, il-kumpanija bbażata f’Dubaj li allegatament twaqqfet biex tittrasferixxi miljuni lill-kumpaniji fil-Panama – proprjetà tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.