Futbol Sport

Jose Mourinho maħtur manager ta’ Tottenham

Il-Portugiż Jose Mourinho kien uffiċjalment maħtur manager ta’ Tottenham minflok Mauricio Pochettino li tkeċċa mill-kariga t-Tlieta filgħaxija.

L-eks manager ta’ Chelsea u Manchester United iffirma kuntratt li jorbtu ma’ Spurs sal-istaġun 2022-23.

Iċ-chairman ta’ Tottenham Daniel Levy qal li Mourinho hu bniedem ta’ suċċess u hu l-bniedem ġust biex jerġa’ jagħti l-ħajja lit-tim ta’ Spurs.

Jingħad li Mourinho se jkollu madwar 8 miljun lira sterlina bħala salarju, madwar erba’ miljuni inqas milli kellu fl-aħħar kariga tiegħu ma’ Manchester United.

Mourinho se jagħti l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet bħala manager ta’ Tottenham illum wara nofsinhar.

Mourinho tkeċċa minn ma’ Manchester United f’Diċembru tas-sena l-oħra u tul din l-aħħar sena Mourinho kien inattiv.