“Dan l-aħħar ktibt il-frażi tal-PM li s-sewwa mhux dejjem fuq l-istess naħa. Illum kellha tkun ġurnata ta’ sodisfazzjon, imma fil-verità hi waħda ta’ diżappunt u rabja”.
Huwa b’dan il-mod li Cyrus Engerer, esponent ewlieni tal-Partit Laburista ikkumenta fid-dawl tal-iżviluppi ta’ matul il-jum bl-arrest ta’ Yorgen Fenech. L-imprenditur Malti hu magħruf bħala s-sid tal-kumpanija 17 Black, li allegatament kellha tgħaddi miljuni lill-kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Il-kummenti ta’ Cyrus Engerer jikkuntrastaw ma’ dawk li għadda l-PM Joseph Muscat li dalgħodu ftaħar li sar dan l-arrest, fl-istess waqt li ammetta li hu baqa’ ma tkellimx ma’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, aħseb u ara kemm ħa azzjoni.
//= $special ?>