Lokali

Adrian Delia lura Malta – Il-Grupp Parlamentari jiltaqa’ b’urġenza biex jiddiskuti l-qagħda politika

Mill-arkivji

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia rritorna lura Malta wara li qata’ ħesrem il-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew li ltaqa’ biex jiġi elett President ġdid tal-istess Partit Popolari Ewropew. 


Il-Kap tal-partit Adrian Delia akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli baqa’ sejjer dritt id-Dar Ċentrali fejn sejjaħ urġenti lill-Grupp Parlamentari f’laqgħa li tinsab għaddejja bħalissa.


Waqt din il-laqgħa qed tiġi diskussa l-qagħda politika li jinsab fiha l-pajjiż wara l-arrest tas-sid tal-kumpanija 17 Black li kellu rabtiet ċari ta’ negozju mal-kumpaniji sigrieti taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u mal-Ministru Konrad MIzzi.