Kultura Lokali

Aladin: Il-pantomima bil-Malti fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku

Wara s-suċċess miksub tliet ġimgħat ilu bil-kunċert Just Musicals 7, il-kumpanija Teatru Rjal kompliet bil-preparazzjonijiet kbar għall-Pantomima ta’ din is-sena: Aladin… il-Pentow bil-Malti.

Din hija d-19-il sena konsekuttiva li din il-kumpanija qiegħda ttella’ dan l-ispettaklu li dejjem ġibed lejn it-teatru tal-Istitut Kattoliku eluf kbar ta’ nies f’bosta rappreżentazzjonijiet matul Diċembru u Jannar.

Aladin hi storja li fis-sempliċità tagħha toħloq sitwazzjonijiet komiċi u fejn bl-igredjenti li jiżdidulha minħabba li hi pantomima, żgur li toħloq spettaklu ħaj, sħiħ, mimli daħq, kulur, xenarju, kant, żfin u reċtar. F’kelma waħda divertiment għall-familja kollha. Il-Pantomima żżomm ħafna fidili mal-istorja però għandha ħafna elementi oħrajn li n-nies li jiġu jarawha jieħdu pjaċir u jiddevertu.

Jieħdu sehem Rodney Gauci bħala d-dama, Mario Cassar bħala Aladin, Michela Galea bħala Jasmine, flimkien ma’ Louis Andrew Cassar, Lee-N, Brian Farrugia, Jeffrey Scicluna, Jurgen Ciantar, Julie Pomorski, Alexia Micallef, Mariah Mangion u Leah Mifsud. Il-koreografija hi tal-Kinectic Dance Studio b’mużika live mill-band immexxija minn Conrad Briffa.

Id-dati f’Diċembru tal-Pantomima bil-Malti fit-teatru tal-Istitut Kattoliku huma l-Ħadd 22 fl-10am u fl-4pm; il-Ħamis 26 fis-2.30pm u fis-7.30pm; il-Ġimgħa 27 fis-7.30pm; is-Sibt 28 fis-7pm; il-Ħadd 29 fis-2pm u fis-6.30pm; it-Tnejn 30 fis-7.30pm; u f’Jannar tas-sena d-dieħla jsiru żewġ rappreżentazzjonijiet oħrajn – is-Sibt 4 fis-7.30pm; u l-Ħadd 5 fis-6.30pm.

Booking miftuħ online fuq www.ktrmalta.com u mingħand Pawlu Testa Travel fi Gwardamanġa (99476468) mid-9am sas-1pm, booking office tat-Teatru (21238429) mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-4pm sas-7pm u s-Sibt u l-Ħadd mid-9.30am sa nofsinhar, u mingħand Clobber fil-Mellieħa (21520954 – 77860085) jew Booking Hotline: 99994987 u free delivery tal-biljetti għall-Għawdxin ukoll.