Lokali

”Għandna Gvern illeġittimu” – Adrian Delia

Dikjarazzjoni ċara mill-Kap tal-PN, Adrian Delia fl-ewwel kummenti tiegħu f’Malta wara li telaq b’urgenza minn konferenza fil-Kroazja biex ikun Malta f’dan il-mument tant delikat għad-demokrazzija ta’ pajjiżna.

Dan fid-dawl tal-arrest tas-sid ta’ 17 Black Yorgen Fenech l-Erbgħa  filgħodu, allegatament b’konnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Adrian Delia qal li filwaqt li kien f’Zagreb, il-Kroazja, mal-Prim Ministri u Kapijiet ta’ partiti fl-Unjoni Ewropea, seta’ jinnota l-iskantament totali li f’pajjiż demokratiku fl-UE jiġru dawn l-affarijiet.. dan kien konfermat hekk kif il-mexxejja tal-partiti fl-Unjoni Ewropea ddikjaraw li ma jistax jitwemmen, li f’dawn iċ-ċirkostanzi ma tintrefawx responsabiltà politika u Kieth Schembri u Konrad Mizzi jibqgħu parti mit-tmexxija tal-pajjiż.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Joseph Muscat qalilna li ma jista’ jgħid xejn f’dan l-istadju.. iżda qalilnix x’jista jagħmel.

Adrian Delia ddikjara li ma jistax ikun li l-Gvern ta’ joseph Muscat jibqa’ jħammeġ l-isem ta’ Malta… u mhux biss, isa qed iħammeġ ukoll l-isem tal-Partit Laburista stess b’għemilu.

Appena wasal Malta, Adrian Delia ltaqa’ mal-grupp parlamentari kollu tal-PN fejn kienet diskussa l-qagħda politika li jinsab fiha l-pajjiż wara l-arrest tas-sid tal-kumpanija 17 Black li kellu rabtiet ċari ta’ negozju mal-kumpaniji sigrieti taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u mal-Ministru Konrad Mizzi.