Lokali

Il-mara li ttellgħet mill-baħar f’San Ġiljan ġiet identifikata

Ġie identifikat il-katavru li nstab f’wiċċ il-baħar nhar it-Tlieta, bħala mara ta’ nazzjonalita’ ċiniża ta’ 43 sena u mill-awtopsja rriżulta li mietet mgħarrqa. 

Is-sejba tal-kadavru fil-baħar fil-Bajja tal-Balluta f’San Ġiljan saret  għall-ħabta ta’ sebgħa u għaxra tat-tlieta  filgħodu meta il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan marru mil-ewwel fuq ilpost fejn hemmhekk innutaw kadavru ta’ mara f’wiċċ l-ilma.

Il-ġisem itella’ l-art minn tim mediku blgħajnuna tal-Pulizija.