Is-sid ta’ 17 Black Yorgen Fenech għadu ma tressaqx il-Qorti, minkejja li kien arrestat l-Erbgħa filgħodu u minkejja li jekk ma jitressaqx fi żmien 48 siegħa mill-ħin tal-arrest, ikun jista’ jiġi meħlus u jkollu jinħareġ mandat ieħor.
Dan kien konfermat mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza lill-media.
Dan minkejja li dawn is-sigħat se jiskadu dalwaqt.
Muscat tkellem ukoll dwar il-protesti li saru fil-ġurnata tal-arrest barra l-Parlament, hekk kif bi kliemu juri li, għalih u għall-Gvern li jmexxi, dawk li pprotestaw m’humiex ċittadini importanti.
Il-Prim Ministru saħaq li l-middleman li talab għall-Maħfra Presidenzjali għadu ma tax l-informazzjoni kollha, minkejja li ilu arrestat mit-Tlieta filgħodu.
Yorgen Fenech kien arrestat allegatament b’konnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan hekk kif rapporti jindikaw li hu kien qed jipprova jitlaq minn Malta bil-baħar.
Il-kumpanija ta’ Yorgen Fenech, 17 Black, ilha fl-aħbarijiet għall-aħħar snin wara li sar magħruf li minn din il-kumpanija bbażata f’Dubaj kienu se jsiru trasferimenti ta’ miljuni ta’ ewro lejn iż-żewġ kumpaniji ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri fil-Panama.
Skont id-dokumenti żvelati mill-Panama Papers, jirriżulta li l-kumpaniji 17 Black u Macbridge allegatament kienu ‘target clients’ għall-kumpaniji Tillgate u Hearnville. Dan ħareġ minn email li Nexia BT bagħtet f’Diċembru tal-2015.
Minkejja dan kollu, għal Muscat, il-kriminali jisabu fit-toroq u mhux f’Kastilja.
//= $special ?>