Lokali

Jitlef ħajtu r-raġel involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta

Tilef ħajtu r-raġel Ungeriż ta’ 43 sena li kien involut f’inċident bil-mutur il-Ħadd li għadda.

Ir-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki Hayabuza, tilef il-kontroll u skidja.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iżda wara għaxart ijiem jissielet għal ħajtu, ir-raġel tilef ħajtu.

Ikkummenta